L-Istati Membri tal-UE obbligaw ruħhom għal Politika Esterna u ta' Sigurtà Komuni għall-Unjoni Ewropea. Il-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża għandha l-għan li ssaħħaħ l-abbiltà esterna tal-UE li taġixxi billi tiżviluppa l-kapaċitajiet ċivili u militari fil-Prevenzjoni ta' Kunflitti
u l-Ġestjoni ta' Kriżijiet.
Sabiex tinfluwenza l-politiki li jiksru l-liġi internazzjonali jew id-drittijiet tal-bniedem, jew politiki li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt jew il-prinċipji demokratiċi, l-UE fasslet sanzjonijiet
ta' natura ekonomika jew diplomatika.
L-UE hija wkoll attur internazzjonali ewlieni fil-ġlieda kontra l-ħżin illeġali u t-traffikar ta' armi żgħar u armamenti ħfief
.