Il-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) hu wieħed mit-tibdiliet sinifikanti introdotti bit-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Dan għandu l-għan li jagħmel l-azzjoni esterna tal-UE aktar koerenti u effiċjenti, biex b'hekk tiżdied l-influwenza tal-Unjoni Ewropea fid-dinja.
L-EEAS jassisti lil Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, biex twettaq il-mandat tagħha. Hu jaħdem b'kooperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u fih kemm uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll mill-istaff issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri.
L-EEAS jibni fuq in-netwerk ta' 141 Delegazzjoni u Uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea madwar id-dinja. Għal aktar minn 50 sena, dawn id-Delegazzjonijiet u l-Uffiċċji kienu l-għajnejn, il-widnejn u l-portavuċi tal-Kummissjoni Ewropea mal-awtoritajiet u l-popolazzjoni li jinsabu fihom. Ara l-fuljett: Nieħdu l-Ewropa lid-Dinja - 50 sena ta' Servizz Estern
[777 KB]
.
Please note: not all European Union Delegations have established web sites.