Iċ-ċittadini jista' jkollhom aċċess għad-dokumenti miżmuma mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (EC) nr 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali L 145 tal-31.05.2001, p. 43)
Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni rigward l-aċċess għad-dokumenti jinstabu hawn.
Ir-rikjesti għall-aċċess tad-dokumenti miżmuma minn EEAS għandhom jintbagħtu bil-miktub, f'wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew bl-użu tal-formola elettronika, bil-posta jew bil faks.
Indirizz postali:
European External Action Service
Access to Documents
SG1 – Corporate Board Secretariat
PARC 1/278
B-1046 Brussels
Belgium
Numru tal-Faks: +32.2.584.17.17