Strument għall-Istabbiltà (IfS) – l-UE fl-azzjoni

AħbarijietRSS

Aktar Aħbarijiet

Minn avviż għal azzjoni: Rappurtaġġ dwar l-Istrument għall-Istabbiltà tal-UEMinn avviż għal azzjoni: Rappurtaġġ dwar l-Istrument għall-Istabbiltà tal-UE

Bit-tnedija tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS) fl-2007 bħala suċċessur tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida, il-Kummissjoni Ewropea żiedet xogħolha b'mod konsiderevoli fil-qasam tal-prevenzjoni ta' kunflitti, il-ġestjoni ta' kriżijiet u l-bini tal-paċi.

Il-proġetti ta' rispons għall-kriżijiet taħt l-Istrument għall-Istabbiltà jikkonċentraw fuq medda wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħall-appoġġ għall-medjazzjoni, it-tkabbir tal-fiduċja, l-amministrazzjonijiet temporanji, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt, il-Ġustizzja tranżitorja jew ir-rwol tar-riżorsi naturali fil-kunflitti. Taħt l-IfS, dawn l-attivitajiet jistgħu jingħataw appoġġ f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, meta l-għajnuna finanzjarja f'waqtha ma tkunx tista' tingħata minn sorsi oħra tal-UE.

L-IfS s'issa intuża sabiex jiġi ffinanzjat numru kbir ta' proġetti ta' rispons għall-kriżijiet madwar id-dinja . L-akbar sehem ta' fondi ngħata lil proġetti fl-Afrika, l-Asja tal-Paċifiku, il-Balkani, segwiti mil-Lvant Nofsani u l-Amerika Latina u l-Karibew.

Is-Sħubija għall-Bini tal-Paċi English (en) español (es) hija qasam innovattiv tal-IfS u ġiet stabbilita sabiex issaħħaħ il-kompetenza ċivili f'attivitajiet għall-bini tal-paċi. Din inħolqot sabiex twessa' d-djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE. Tindirizza, b'mod partikolari, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u gruppi ta' esperti, iżda wkoll organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-Istati Membri tal-UE.

L-Istrument għall-Istabbiltà (IfS) jippermetti wkoll li l-UE tgħin tibni kapaċità nazzjonali, reġjonali u internazzjonali fit-tul sabiex tindirizza theddid li jinxtered bejn ir-reġjuni u fid-dinja.


Project Examples

  • Agħżel pajjiż
  • Afganistan English (en) français (fr)
  • Bolivja English (en) español (es) français (fr)
  • Ċad English (en) français (fr)
  • Ginea Bissaw English (en) français (fr)
  • Il-Palestina English (en) français (fr)
  • Kolombja English (en) español (es) français (fr)
  • Kongo (Kinshasa) English (en) français (fr)
  • Kosovo (skont UNSCR 1244) English (en) français (fr)
  • Kuba English (en) français (fr)
  • Libanu English (en) français (fr)
  • Sirja English (en)
  • Somalja English (en) français (fr)
  • Sudan English (en) français (fr)
  • Tajlandja English (en) français (fr)
  • Uganda English (en) français (fr)
  • Żimbabwe English (en) français (fr)
  • Ħaiti English (en) français (fr)